Il-PM Ingliż iħallas għal-likes fuq Facebook

Biex jakkwista erba’ likes fuq Facebook, il-Prim Ministru Ingliż David Cameron spiċċa jħallas.
Minħabba n-nuqqas ta’ popolarità fil-midja soċjali, Cameron ma kellu l-ebda għażla oħra ħlief li jirrikorri għar-reklami.
Rapporti qalu li l-kampanja fuq Facebook swiet madwar €9,000 iżda f’temp ta’ xahar wasslet biex Cameron irdoppja n-numru ta’ likes u issa għandu 'l fuq minn 130,000.