Il-PM Ingliż bi twissija kontra l-militanti tal-IS

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron, wissa dwar il-possibiltà li l-militanti tal-Istat Iżlamiku jkollhom fil-mira tagħhom nies ċivili, fit-toroq tal-Ingilterra stess. 
F’artiklu li deher fil-ġurnal Ingliż, Sunday Telegraph, David Cameron qal li hemm bżonn ta’ aktar sigurtà fid-dawl ta’ dak li qed jiġri fl-Iraq.
Huwa rrapurtat li dan intqal bi tweġiba ghal dak li qalet il-knisja fl-Ingilterra.  Hi esprimiet it-tħassib tagħha li mhux isir biżejjed xogħol sabiex jiġi miġġieled l-estremiżmu Iżlamiku, min-naħa tal-gvern Ingliż.
L-aħħar żviluppi huma li l-forzi Kurdi, bl-għajnuna tal-armata Amerikana, qed jissieltu kontra l-militanti tal-Istat Izlamiku li ħadu l-kontrol ta’ Mosul. 
Kontinwament qed jiġi rappurtat qtil ta’ persuni innoċenti li iżda għandhom twemmin reliġjuz li m’huwiex dak Musulman.