Il-PM Indjan jikser il-protokol biex jilqa’ lill-President Barack Obama

Il-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi kiser il-protokol biex laqa' liIl-President Amerikan, Barack Obama fl-Indja.  Dan hekk kif Modi laqgħu b'mod personali fl-ajruport ewleni ta' Delhi.
Barack Obama, wasal l-Indja fis-siegħat li għaddew għal żjara ta’ tlett ijiem, taħt sigurtà kbira.
Huwa stmat li eluf ta’ gwardji tas-sigurtà se  jkunu qed iżommu għajnejhom fuq il-President Amerikan, flimkien ma’ madwar 15,000 kamera tas-sigurta.  Dawn flimkien ma’ miżuri oħra sabiex ikollu protezzjoni kbira.
Il-President Obama ser ikun il-mistieden speċjali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Rebubblika li ser isiru t-Tnejn.
Obama qed jiġi akkumpanjat minn delegazzjoni ta' għadd ta' negozjanti hekk kif fuq nett tal-aġenda hemm taħdidiet dwar kummerċ bejn iż-żewġ naħat.