Filmat: Vouchers biex jintefqu fir-ristoranti; roħs fil-kontijiet tan-negozji

Read in English.

Robert Abela jippreżenta l-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li se jsaħħaħ lill-familji u lin-negozji Maltin u Għawdxin.

LIVE | Il-Prim Ministru Robert Abela jippreżenta l-pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika li se jsaħħaħ lill-familji u lin-negozji Maltin u Għawdxin.#GĦADAAĦJAR

Posted by MaltaGov on Monday, June 8, 2020

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jiżvela għadd ta’ inċentivi llejla b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus.

20:42 Il-konferenza tintemm hawn, grazzi talli segwejtu dan il-live blog
Christoph Schwaiger
20:41 Abela jgħid li l-coronavirus għamel "resetting tal-valuri"
Christoph Schwaiger
20:40 Schembri jgħid li l-Gvern se jispjega l-miżuri f’aktar dettall fil-jiem li ġejjin
Christoph Schwaiger
20:39 One News, il-midja tal-PL, tistaqsi dwar helplines dwar il-miżuri
Christoph Schwaiger
20:37 Schembri jgħid li fil-mument il-Gvern ħass li kellu jgħin lin-negozji dwar il-kontijiet tad-dawl
Christoph Schwaiger
20:36 Schembri jgħid li se jkun hemm kampanji biex jiġbdu t-turisti lejn Malta
Christoph Schwaiger
20:34 Net News, il-midja tal-PN, tistaqsi dwar il-kontijiet tad-dawl għall-familji u dwar it-turiżmu
Christoph Schwaiger
20:32 Abela jgħid li kien tella’ lil Xandru Cassar fl-uffiċċju tiegħu. Tkellmu għal madwar siegħa. Jikkundanna kwalunkwe hate speech u kummenti mhux xierqa. Jgħid li hemm numru ta’ immigranti li qed jieħdu sogru biex isibu realtà aħjar. Jgħid li ma jistax ikun li Malta jkollha daqstant immigranti rregolari.
Christoph Schwaiger
20:29 LovinMalta tistaqi dwar l-għajnuna mill-UE, jekk il-PM hux se jieħu azzjoni kontra Joe Cordina tal-Gozo Channel, u dwar in-nefqa fuq il-vapuri li ntużaw biex l-immigranti joqgħodu fuqhom flok jiddaħħlu Malta.
Christoph Schwaiger
20:27 L-Orizzont tistaqsi dwar il-wage supplement wara Settembru
Christoph Schwaiger
20:25 Abela jitkellem dwar il-boll. Kull konvenju ffirmat sal-lum se jibbenefika minn din ir-rata ta’ taxxa. Jgħid li s-saħħa u l-ekonomija ma jeskludux lil xulxin. Jgħid li Malta rnexxielha tikkontrolla l-pandemija b’mod eċċellenti.
Christoph Schwaiger
20:23 Newsbook.com.mt jistaqsi dwar investimenti fit-teleworking, dwar it-taxxa tal-boll fuq xiri ta’ proprjetà, u dwar il-bilanċ bejn l-ekonomija u s-saħħa.
Christoph Schwaiger
20:21 Abela jgħid li jikkundanna l-inċidenti li ġraw fuq il-vapuri imma li wieħed irid jifhem is-sitwazzjoni li kienu fiha dawn in-nies. Abela jgħid li jinsab konvint li Cardona se jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji għall-ġid tal-PL.
Christoph Schwaiger
20:19 Scicluna jgħid li hemm miżuri oħra li jgħinu lill-familji
Christoph Schwaiger
20:18 Malta Independent tistaqsi dwar it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl għan-negozji biss u mhux għall-familji. Tistaqsi wkoll dwar l-immigrazzjoni u Chris Cardona.
Christoph Schwaiger
20:17 Abela jgħid li kienu trasparenti
Christoph Schwaiger
20:17 Abela jgħid li huwa pożittiv ħafna
Christoph Schwaiger
20:16 Abela jgħid li jirrifjuta li jaċċetta li mhux se jkun hemm turiżmu f’Malta
Christoph Schwaiger
20:15 "Id-defiċit huwa sostenibbli" – Scicluna
Christoph Schwaiger
20:15 Edward Scicluna jgħid li l-miżuri huma hemm biex ikun hemm tkabbir ekonomiku u sostenn tas-settur privat
Christoph Schwaiger
20:13 Schembri jgħid li Malta mhux se tistenna lill-UE biex tgħin lin-negozji. Jgħid li mhux se jdaħħal it-taxxi u jekk ikun hemm bżonn li jkun hemm defiċit hekk se jsir
Christoph Schwaiger
20:12 Schembri jgħid li l-Gvern "irid ikabbar il-kejk ekonomiku"
Christoph Schwaiger
20:12 Times of Malta jistaqsi jekk il-Gvern għandux tbassir tad-daqqa li se jieħu s-settur turistiku. Jistaqsi dwar il-pjan tal-iffinanzjar tal-pakketti.
Christoph Schwaiger
20:10 Abela jgħid li għad m'hemmx pjan ta' rilokazzjoni imma l-ħidma dwar dan se tkompli
Christoph Schwaiger
20:09 Abela jgħid li Malta dejjem osservat l-obbligi tagħha internazzjonali. Jgħid li l-portijiet Maltin kienu magħluqin fi stat ta' emerġenza ta' saħħa pubblika. Abela qal li l-immigranti inżammu "komdi" fuq il-vapuri. Jgħid li dawn qed jaħarbu minn realtajiet koroh.
Christoph Schwaiger
20:08 MaltaToday jistaqsi x'se jagħmel il-Gvern jekk jidħlu aktar immigranti Malta
Christoph Schwaiger
20:06 Abela jgħid li l-vouchers jintużaw sa Settembru. Jgħid li mhux se jkun hemm taxxi ġodda. Dwar il-front liners jgħid li fl-aħħar tliet xhur kien hemm eluf ta' front liners. Jgħid li l-pjan tal-Gvern għandu l-ħsieb li jistimola l-ekonomija. Jgħid li m'hemm l-ebda miżura speċifika għall-front liners. Ma jeskludix jekk dan jinbidilx fil-futur.
Christoph Schwaiger
20:06 TVM jistaqsi dwar il-vouchers, kif se jiġi ffinanzjat dan il-pjan, u jekk il-front-liners hux se jkollhom żieda fil-paga
Christoph Schwaiger
20:03 Schembri jħabbar li Malta se tinvesti €400 miljun biex ittejjeb l-infrastruttura industrijali inkluż żvilupp f'business incubaters u estensjoni tal-Life Sciences Park
Christoph Schwaiger
20:00 Fond ta’ €5 miljun għan-negozji li jridu jirriklamaw il-prodott tagħhom. Intiża għall-bdiewa u s-sajjieda.
Christoph Schwaiger
19:59 Għajnuna ta’ massimu ta’ €200,000 għall-kumpaniji fl-industrija tal-kostruzzjoni biex jimmodernizzaw il-makkinarju. Allokazzjoni ta’ €4 miljun.
Christoph Schwaiger
19:59 Permezz tal-Bank tal-Iżvilupp permezz tal-Malta Enterprise se jiġu allokati €10 miljun għan-negozji b’riskju li ma jitħallsux għall-prodotti esportati
Christoph Schwaiger
19:58 Din se titħaddem flimkien ma’ Trade Malta
Christoph Schwaiger
19:58 80% ta’ refużjoni għan-negozji li kienu se jieħdu sehem f’fieri internazzjonali li tħassru – allokazzjoni ta' €400,000.
Christoph Schwaiger
19:58 Għajnuna sa massimu ta’ €10,000 għall-kumpaniji li jagħmlu promozzjoni diġitali tal-prodotti tagħhom fis-sweiq barranin.
Christoph Schwaiger
19:56 Rifużjoni ta’ 33% tat-tariffi tal-portijiet għall-perjodu ta’ 6 xhur: Għall-vapuri ta’ merkanzija lejn Malta eskluż dawk involuti fi trans shipment
Christoph Schwaiger
19:56 Żieda finanzjarja fl-Iskills Development Scheme mħaddma mill-Malta Enterprise: Dan sabiex il-kumpaniji jkomplu jagħmlu inhouse training lill-ħaddiema tagħhom. Allokazzjoni ta’ €5 miljun
Christoph Schwaiger
19:55 Għan-negozji li jixtiequ jibdlu l-business model tagħhom: Kull kumpanija tibbenefika minn massimu ta’ €5,000. Din l-iskema se tkun imħaddma mill-Malta Enterprise b’allokazzjoni ta’ €2.5 miljun.
Christoph Schwaiger
19:54 Il-ħlas tal-liċenzji mad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Awtorità Maltija għat-Turżmu mhux se jsir għal din is-sena. Dawn jinkludu l-liċenzji tal-bejjiegħa tal-monti, bejjiegħa fit-toroq, gwidi tat-turisti, ristoranti u lukandi. Allokazzjoni ta’ €5 miljun.
Christoph Schwaiger
19:53 Tax credits jinbidlu f’għotjiet: 30% tal-credit li għandhom in-negozji fl-iskema tal-Malta Enterprise se jingħataw f’għotjiet. In-negozji f’Malta se jieħdu lura ekwivalenti ta’ €2,000. Dawk f’Għawdex jieħdu massimu ta’ €2,500. Allokazzjoni ta’ €5 miljun.
Christoph Schwaiger
19:51 Schembri jgħid li l-Gvern jixtieq li l-Maltin igawdu s-sajf f'Malta bħala turisti interni
Christoph Schwaiger
19:50 Il-vouchers tal-ikel u tar-retail se jiskadu fl-aħħar ta' Settembru. Jiswew €43 miljun
Christoph Schwaiger
19:46 Wage Supplement: Oqsma oħra li llum qegħdin bil-miżura tat-€800 se jinżlu għal €600. Oqsma oħra li kienu f’Annex A imma issa s-suq infetaħ bħall-hairdressers, issa se jinżlu għal Annex B.
Christoph Schwaiger
19:46 Il-Wage Supplement jew il-miżura tat-€800 se tiġi estiża sal-aħħar ta’ Settembru. Fost l-oħrajn se jibbenefikaw minnha dawn l-oqsma: akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-lingwi, organizzazzjoni ta’ attivitajiet u trasport bl-ajru.
Christoph Schwaiger
19:45 Schembri jgħid li r-rota għandha ddur għal kulħadd
Christoph Schwaiger
19:43 Jibda jitkellem il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri
Christoph Schwaiger
19:42 Fond ta’ €2 miljun għad-djar tal-anzjani: Dawk id-djar tal-anzjani li għamlu lockdown għall-ħaddiema tagħhom u għaldaqstant kellhom aktar spejjeż f’pagi se jiġu mgħejjuna mill-Gvern b’dan il-fond.
Christoph Schwaiger
19:41 Fond ta’ €3 miljun f’għajnuna għall-Għaqdiet Volontarji
Christoph Schwaiger
19:41 In-work benefits: Se jiżdiedu l-familji li se jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju, se jiżdied l-ammont għal kull wild u se tingħata għotja ta’ €250 lil kull familja. Din l-għotja ta’ €250 mhix abbinata man-numru ta’ tfal.
Christoph Schwaiger
19:40 Tiġijiet: Min kellu jipposponi t-tieġ se jingħata rifużjoni sa €2,000 għall-ispejjeż li jkun għamel. Għal din l-iskema hemm allokat €2 miljun.
Christoph Schwaiger
19:36 Jgħid li l-moratorju tal-banek dwar is-self qed jgħin
Christoph Schwaiger
19:35 Scicluna jgħid li l-bolla u t-taxxa tal-ħaddiem għandhom jingħataw lill-Gvern mill-1 ta' Lulju
Christoph Schwaiger
19:33 Scicluna jgħid li kien hemm 3 perikli. Id-domanda waqgħet, tħarbtet is-supply, u waqa' l-konsum
Christoph Schwaiger
19:32 Jgħid li jikkalkula li l-Gvern se jkollu defiċit ta' 7% fix-xhur li ġejjin
Christoph Schwaiger
19:29 Scicluna jgħid li l-ekonomija qalgħet daqqa kbira però baqgħet fil-wiċċ
Christoph Schwaiger
19:28 Jibda jitkellem il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna
Christoph Schwaiger
19:28 Abela jgħid li dan huwa mument sabiħ għal Malta
Christoph Schwaiger
19:27 Roħs ta’ 7 ċenteżmi fil-prezzijiet tal-fuel: Minn nhar it-Tnejn il-petrol jinżel għal €1.34 u d-diesel €1.21. It-tnaqqis se jkun mis-sisa
Christoph Schwaiger
19:26 €100 f’vawċers lil kull persuna li għandha minn 16-il sena ‘l fuq u tgħix Malta. Se jinħarġu vawċers ta’ €20 b’total ta’ €100: €80 għall-konsum fil-lukandi, fir-restoranti u f’bars; €20 oħra għall-ħwienet li kienu magħluqin waqt il-pandemija
Christoph Schwaiger
19:25 Tnaqqis fir-rata tal-boll fil-bejgħ u x-xiri ta’ proprjetà: Dan japplika għal dawk li se jiffirmaw il-kuntratt, u li jinkludu lil dawk li diġà għamlu konvenju. Min jixtri proprjetà li tiswa inqas minn €400,000 se jħallas 1.5% minflok 5%, filwaqt li min ibigħ se jħallas 5% minflok 8%. Dan l-inċentiv se jibqa’ jgħodd sal-aħħar ta’ Marzu 2021 u se jiswa €32 miljun
Christoph Schwaiger
19:23 Il-kont tad-dawl tal-komunità kummerċjali: Għax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru l-Gvern se jkun qed iħallas 50% tal-ispiża tal-elettriku tan-negozji (li jaqgħu taħt l-Annexes) sa massimu ta’ €1,500 kull applikant. Spiża ta’ €30 miljun. Hemm aktar minn 20,000 negozju li jistgħu jibbenefikaw.
Christoph Schwaiger
19:22 Il-kirjiet tan-negozji: Dawk li jaqgħu taħt l-Annexes, għax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru, se jgawdu minn għotja sa massimu ta’ €2,500. Allokazzjoni ta’ €50 miljun
Christoph Schwaiger
19:21 Studenti li qed jaħdmu part-time u pensjonanti li jaħdmu se jiġu entitolati għal wage supplement
Christoph Schwaiger
19:20 Oqsma oħra li kienu f’Annex A imma issa s-suq infetaħ bħall-hairdressers, issa se jinżlu għal Annex B
Christoph Schwaiger
19:20 Wage Supplement: Oqsma oħra li llum qegħdin bil-miżura tat-€800 se jinżlu għal €600
Christoph Schwaiger
19:19 Il-Wage Supplement jew il-miżura tat-€800 se tiġi estiża sal-aħħar ta’ Settembru. Fost l-oħrajn se jibbenefikaw minnha dawn l-oqsma: akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-lingwi, organizzazzjoni ta’ attivitajiet u trasport bl-ajru
Christoph Schwaiger
19:16 Abela jgħid li dan huwa pjan ta' riġenerazzjoni b'saħħtu. Se jkun ibbażat fuq 3 pilastri
Christoph Schwaiger
19:15 Jgħid li kien hemm mumenti fejn kellu sens ta' biża'
Christoph Schwaiger
19:14 Jirringrazzja tal-ħidma tan-negozji u tal-poplu fl-aħħar ġimgħat
Christoph Schwaiger
19:13 Abela jgħid li b'dan il-pjan li se jiżvela llejla Malta se tagħmel il-pass li jmiss għan-normalità
Christoph Schwaiger
19:11 Abela jgħid li kieku mietu n-negozji l-ekonomija ma setgħetx tiġi riġenerata
Christoph Schwaiger
19:10 "Kellna nieħdu miżuri li kienu iebsin"
Christoph Schwaiger
19:09 Delia: Dejjem emmint li l-futur tagħna seta' jkun differenti mit-tbassir li kien qed jagħtina kulħadd
Christoph Schwaiger
19:08 Jibda jitkellem Abela. Jgħid li Malta kellha mument fejn dak li bniet tul is-snin kien f'periklu
Christoph Schwaiger
19:03 Il-konferenza se tkun qed issir fil-Forti Sant'Iermu
Christoph Schwaiger
18:47 Il-Prim Ministru Robert Abela mistenni jibda jitkellem fis-7pm
Christoph Schwaiger
18:44 Merħba għal dan il-live blog dwar il-pjan tal-Gvern biex jerġa' jiġġenera l-ekonomija fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus
Christoph Schwaiger

Abela mistenni jiżvela l-pjan li ħejja l-Gvern tiegħu llejla fis-7pm. Il-konferenza tixxandar fuq din il-paġna.

Aktar dettalji dalwaqt

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn