Il-PM iħabbar it-tema tal-baġit għall-2021

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar fuq Twitter it-tema tal-baġit għal din is-sena. Il-baġit għall-2021 se jitħabbar propju llejla u t-tema tiegħu hija “Maltin b’Saħħitna ‘l Quddiem.

Fuq Facebook, il-Prim Ministru qal li l-baġit se jikkonferma li l-pajjiż huwa b’saħħtu u mmexxi minn moviment li tassew jemmen fl-Għawdxin u fil-Maltin.

Hu qalli l-baġit se jkun wieħed li jinvesti l-miljuni biex tikber l-ekonomija, u biex jinħoloq u jinfirex il-ġid. Wiegħed li se tkun qed tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin.

Propju lbieraħ, il-Prim Ministru ħabbar li fil-baġit tal-lum se joħorġu aktar vawċers għall-Maltin u l-Għawdxin. Dan qalu waqt l-attività saret fil-Pjazza tas-Sur fl-Imdina. Flimkien mal-PM, kien hemm ukoll il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli.