Il-PM: “Id-deċiżjoni tal-Hibs rigward Evans se tiddefinixxi lil Malta”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-deċiżjoni tal-Hibernians FC rigward Ched Evans, li fl-2011 kien instab ħati li stupra tfajla ta' 19-il sena, se tiddefinixxi kemm lilhom kif ukoll lil Malta.
Evans, li kien attakkant ma’ Sheffield United u Wales ingħata opportunità jerġa’ jidħol fix-xena tal-futbol mit-tim Malti Hibernians FC.
Il-Prim Ministru sostna li l-footballers huma mudelli għas-soċjetà u qal li jittama li t-tim jifhem dal-punt b’mod ċar qabel jieħu d-deċiżjoni finali.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li Ched Evans għandu jingħata tieni ċans.
Fuq Twitter ukoll, il-Ministru Bonnici qal ukoll li m’għandniex nitkellmu biss dwar riabilitazzjoni tal-eks-priġunieri, iżda għanda wkoll nipprattikaw dak li nipprietkaw.