Il-PM Grieg iżur il-belt maħruqa

Reuters

Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras żar il-belt Mati għall-ewwel darba llum wara n-nirien li ħakmuha l-ġimgħa li għaddiet, li qatlu tal-anqas 91 persuna.

In-nirien bdew it-Tnejn li għadda f’lukanda mal-kosta, 30 kilometru ‘il bogħod minn Ateni. 25 persuna għadha nieqsa u fadal 28 katavru x’jiġi identifikat.

Tsipras refa’ r-responsabbiltà politika għal dan id-diżastru, u wiegħed numru ta’ bidliet, inkluż fuq il-kostruzzjoni illegali li hi maħsuba li ggravat in-nar.