Il-PM għada fi Brussell għall-Kunsill Ewropew

Il-Prim Minstru għada mistenni jattendi għall-Kunsill Ewropew li se jsir fi Brussell.
Il-mexxejja Ewropej mistennija jiddiskutu ta’ kwistjonijiet jaħarqu fosthom id-difiża, l-edukazzjoni u l-kultura, l-immigrazzjoni u l-affarijiet barranin.
Ewlenija fost dwan id-diskussjonijiet se tkun l-istruttura permanenti ta’ kooperazzjoni tad-difiża li l-Gvern Malti astjena milli jidħol fiha fuq bażi ta’ newtralità.
Il-Kunsill tal-Mexxejja Ewropej mistenni jibda fit-3pm iżda qabel, il-Prim Ministru Malti se jingħaqad mal-mexxejja Soċjalisti għal-laqgħa preparatorja organizzata mill-Partit Soċjalista Ewropew.
Il-Kunsill Ewropew jintemm il-Ġimgħa waranofsinhar fejn jitħabbru d-dettalji ta’ dak li jkun intlaħaq bejn il-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.