Il-PM Ġappuniż japprezza l-irwol Malti fi żmien il-kriżi Libjana

Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe, wera l-apprezzament ta’ pajjiżu għall-irowl ta’ Malta fl-evakkwazzjoni ta’ Ġappuniżi mill-Libja fiż-żmien ta’ kriżi. Dan seħħ f’laqgħa mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ġewwa Tokyo.

Il-Prim Ministru Ġappuniż wera ukoll il-gratitudni ta’ pajjiżu għas-solidarjetà  li uriet d-delegazzjoni Maltija mal-Ġappuniżi li ġew maħtufa, kif ukoll għall-kollaborazzjoni ma’ Malta fl-isfidi li l-komunità internazzjonali taffaċċja fuq il-problema tal-Korea ta’ Fuq. Muscat stqarr li l-partnership agreement EU-Japan se jagħti ċ-ċans lill-podotti Maltin jidħlu fis-suq Ġappuniż.

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qall li l-ftehim li se jsir bejn iż-żewġ pajjiżi u li għandu s-sapport tal-Prim Ministru Ġappuniż, jista’ jwassal għal aktar investiment, għarfient u innovazzjoni teknoloġika, flimkien ma’ aktar oqsma ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Muscat iddeskriva d-diskussjoni li kellu ma’ Abe bħala waħda bejn tnejn min-nies li għandhom l-istess vauri demokratiċi, li jemmnu fil-libertà, fir-rispett lejn il-liġi u fil-progress ekonomiku.  Skond Abe, ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi għandhom jissaħħu wara din il-laqgħa.

Il-Prim Ministru Ġappuniż stqarr li din il-laqgħa, flimkien mal- ftheim EU-Japan tista’ toffri aktar opportunitajiet ta’ esportazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Din kienet it-tieni żjara minn Prim Ministru Malti f’dawn l-aħħar 28 sena.

Iż-żewġ Prim Ministri, tul  il-laqgħat tagħhom, semmew iż-żieda ta’ Ġappuniżi f’ Malta bħala turisti u bħala studenti tal-Ingliż.

Il-Ministru Abela qiegħed il-Ġappun bħala parti mid-delegazzjoni mmexxijja mil-Prim Ministru

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ġappuniż Kazuyuki Nakane qalu li Malta u l-Ġappun, miħabba li huma pajjiżi li huma gżejjer, għandhom l-istess valuri fundametali; Jirrispettaw il-liġi tadd-demokrazija u d-drittijiet umani.

Fost l-għadd ta’ affarijiet biliterali diskussi, ġiet diskussa s-sitwazzjoni politika kurrenti u l-ewwel missjoni ta’ negozju fil-Ġappun, il-programm JET u r-Rekord ta’ Diskussjonjijiet iffirmati bejn l-Awtoritajiet tal-Avvjazzjoni Ċivili li jkomplu jtejbu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ġappun. Problemi reġġjonali ma naqsux milli jiġu diskussi.

Nakane ta s-sapport tiegħu biex Malta tibgħat delegazzjoni ta’ 50 persuna sabiex jiġu stabbiliti relazzjonijiet ekonomiċi iktar b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi.