Il-PM f’udjenza privata mal-Papa

Etienne St John - Facebook

Read in English.

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-mara tiegħu u membri oħra tal-familja kellhom udjenza privata mal-Papa.

Din iż-żjara qed titqies bħala ‘żjara familjari’. Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-istatus taż-żjara nbidel minn waħda uffiċjali għal waħda privata, bi qbil bejn il-Vatikan u l-Prim Ministru, wara li l-Vatikan irċieva diversi talbiet biex titħassar din il-laqgħa.

Grupp ta’ akkademiċi Maltin mill-Università ta’ Malta ffirmaw ittra li nbagħtet lin-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Allessandro D’Errico jitobuh biex il-Papa jħassar iż-żjara tal-Prim Ministru.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li kienu ħafna dawk li ċemplu n-Nunzjatura biex juru d-diżapporvazzjoni tagħhom dwar din iż-żjara. Huma ntalbu jibagħtu email lin-Nunzjatura li wara għaddiet lis-Segretarjat tal-Istat.