Il-Prim Ministru Robert Abela illum wasal Brussell biex jattendi għal-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea.
Matul din il-laqgħa l-Kunsill Ewropew mistenni jiffoka fuq it-temi tat-tibdil fil-klima, il-baġit Ewropew, ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi oħra lil hinn mill-Unjoni Ewropea u l-Covid-19, partikolarment il-vaċċin.
Matul il-Euro Summit li huwa pjanat għal għada l-mexxejja Ewropej tal-pajjiżi taż-żona ewro, mistennija jiddiskutu l-qagħda ekonomika fil-pajjiżi rispettivi.