Il-PM f’laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-istaff akkademiku fl-Università

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ membri tal-istaff akkademiku fl-Università ta’ Malta.
Il-laqgħat saru fuq stedina tal-Prim Ministru, bl-iskop li l-akkademiċi jgħidu dak li jixtiequ jaraw aktar fl-Università ta’ Malta, inkluż id-direzzjoni li għandha tieħu.
Din hija l-ewwel darba li saru laqgħat ta’ dan it-tip u b’mod miftuħ mal-istaff akkademiku tal-Università.
Il-laqgħat servew ukoll ta’ opportunità biex matulhom joħorġu dawk li jistgħu jkunu l-kwalitajiet li għandu jkollu r-Rettur il-ġdid tal-Università, fl-għażla li se jkun qed jagħmel il-Kunsill tal-Università.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo