Aġġornata bil-filmat: Il-Prim Ministru Joseph Muscat impenjat li Malta tikseb il-fondi tal-UE

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li m’għandux ikun hemm sitwazzjoni fejn Malta tista’ titlef il-fondi allokati lilha mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020.

Meta tkellem fi tmiem laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schultz, Dr Muscat qal li bħala PM huwa għandu l-obbligu li jipproteġi l-interessi ta’ Malta.

Dr Muscat kien qed jirreferi għall-fatt li jumejn ilu l-Parlament Ewropew m’aċċettax il-baġit tal-UE. Għall-perjodu 2014-2020 Malta kisbet €1.128 miljun.

Intant, Martin Schultz qal li l-Parlament Ewropew ma riedx inaqqas il-baġit imma jixtieq li jkun hemm bilanċ, sabiex il-perjodu mill-2014 ma jibdiex b’defiċit.

Iktar tard Dr Muscat kien mistenni jżur Dar Malta, imbagħad jiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jose Manoel Barroso. Dan qabel jattendi għas-summit tal-Mexxejja Ewropej.