Il-PM: Dawwarna l-Enemalta minn xifer ta’ falliment għal waħda b’saħħitha

Fiż-żjara tal-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi, fil-muntanja ta’ Mozura, fejn se jsir l-investiment tal-enerġija rinnovabbli, il-Prim Ministru qal li “grazzi għall-fiduċja tan-nies dawwarna l-Enemalta minn kumpanija f'xifer il-falliment għal waħda li hija b'saħħitha, li tagħmel l-ewwel investiment internazzjonali fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Se nkunu qegħdin naħdmu bl-istess enerġija fl-Air Malta biex inġibu riżultati pożittivi”.
 L-investiment se jsir bi sħab bejn l-Enemalta u Shanghai Electric Power, flimkien ma’ Envision Energy u Vestigo.
Il-Prim Ministru qal li “l-qliegħ minn dan il-proġett se jmur biex l-Enemalta jkollha aktar fondi biex tkompli tinvesti f'pajjiżna, fost l-oħrajn fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-elettriku”.
Il-proġett tal-Wind Farms f’Montenegro se jkun jikkonsisti fi 23 turbina.
Il-proġett mistenni jitlesta lejn l-aħħar tal-2017 u bidu tal-2018.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri