Il-PM Conte jittestja l-barrikati tal-għargħar f’Venezja

F’Venezja ġew ittestjati 78 barrikata għall-għargħar li se jintużaw biex tipproteġi l-belt f’każijiet meta jkun hemm marea għolja. Il-proġett għal din il-belt Taljana affaċċja snin twal ta’ dewmien hekk kif u suppost jibda fl-2011.

L-uffiċjali issa qalu li jkollhom l-barrikati jibdew jaħdmu sal-2021 biex jevitaw l-għargħar f’Venezja.

Waqt ċerimonja li saret ilbieraħ, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte għafas il-buttuna li permezz tagħha ntefħu l-barrikati sofor. B’hekk il-kompressuri xegħlu biex tiġi ppumpjata l-arja ġo fihom.

Venezja sofriet l-agħar għargħar f’aktar minn 50 sena f’Novembru li għadda. L-uffiċjali tal-belt stmaw li l-ħsara tal-għargħar se tkun bejn wieħed u ieħor biljun Ewro.

Il-barrikati huma maħsuba biex jipproteġu Venezja mill-marea għolja sa tliet metri. Fl-għargħar ta’ Novembru, il-marea telgħet għal 1.87 metri.