​Il-PM Ċek ma jaqbilx mal-idea ta’ Merkel

Il-Prim Ministru Ċek ma qabilx mal-idea tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel dwar arranġamenti flessibbli dwar l-imigrazzjoni permezz ta’ Korp Ewropew tal-Pulizija għall-fruntieri.
Skont ir-Reuters, ir-Repubblika Ċeka trid li l-pajjiżi Ewropej jipproteġu l-fruntieri tagħhom infushom b’mod individwali.
Fi tmiem il-ġimgħa, Merkel qalet li kontrolli fuq il-fruntieri u politika tal-ażil komuni kienu mistoqsijiet eżistenzjali għall-Unjoni Ewropea. Qalet li l-Frontex għandha ssir Korp Ewropew tal-Pulizija għall-fruntieri li taħdem b’mod indipendenti.
Il-Prim Ministru Ċek Andrej Babis qal li l-idea li Frontex tista’ tgħasses kollox waħedha mhix waħda realistika fuq perjodu twil.
Ritratt: Reuters