Il-PM Awstraljan ‘joffendi’ l-indipendenza tal-Iskozja

Il-Kap tal-Gvern Ingliż għall-Iskozja Alex Salmond qal li l-kummenti li għadda l-Prim Ministru Awstraljan dwar l-Indipendenza tal-Iskozja huma offensivi u bla bażi.
Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott li żar Londra aktar kmieni din il-ġimgħa qal li hu diffiċli li d-dinja tiġi mgħejjuna bl-indipendenza tal-Iskozja.
Fit-18 ta’ Settembru, il-poplu Skoċċiż se jkun qed jivvota f’referendum biex jagħżel jekk iridx li l-pajjiż jiġi indipendenti mill-Gvern Ingliż.
Qed jingħad li l-għaqda tul dawn l-aħħar 300 sena tal-Iskozja mal-Ingilterra m’għadhix possibli, iżda l-Gvern Ingliż qed jopponi din il-bidla.