Il-PM Awstraljan isejjaħ elezzjoni għas-7 ta’ Settembru li ġej

Il-Prim Ministru Awstraljan Kevin Rudd sejjaħ elezzjoni ġenerali għas-7 ta’ Settembru li ġej. Dan wara sitt xhur minn meta rebaħ lill-eks-Prim Ministru Julia Gillard fl-elezzjonijiet għall-kap tal-Partit Laburista Awstraljan.

Rudd mistenni li jkollu kompetizzjoni diffiċli mal-kap tal-partit konservattiv taċ-ċentru xellug Tony Abbott li huwa l-favorit li jerbaħ l-elezzjoni.

Minn meta kien elett kap tal-Partit Laburista u allura Prim Ministru, Kevin Rudd għamel numru ta’ bidliet fosthom fil-pożizzjonijiet ewlenin tat-tmexxija. Skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika dawn il-bidliet waslu biex jiċkien id-distakk ta’ bejn Rudd u Abbot.

Il-mexxej konservattiv Tony Abbot qed iwiegħed li jekk ikun elett Prim Ministru se jkun qed ineħħi taxxi fuq ix-xogħol tal-minjieri u l-karbonju. Fil-kummenti tiegħu Abbot qal li dawn it-taxxi, introdotti mill-Gvern Awstraljan fl-2012, huma fost l-aktar taxxi għolja fid-dinja fuq il-karbonju biex konsegwenza li għamlu l-industrija inkompetittiva.