Il-plenarja tal-Kumitat tar-Reġjuni tiffoka fuq it-tkabbir ekonomiku

Fil-plenarja li jmiss tal-Kumitat tar-Reġjuni se jiġu diskussi it-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-appoġġ tal-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ. Se jiġi żgurat min-naħa tal-KtR li jkun hemm finanzjament adegwat għall-politika ta’ koeżjoni mill-2014-2020 u se jiġu evalwati l-pjani għar-riforma tal-politika reġjonali tal-UE li jipproponu punti biex jittejbu l-proposti.

Qabel il-plenarja se ssir laqgħa bejn il-presidenti tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew u tal-KtR fuq in-negozjati għaddejjin bħalissa dwar il-baġit tal-UE u kif se tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.