Il-plejers ta’ Juve qed jistennew lil Ronaldo jiskuża ruħu

Il-plejers ta’ Juventus qed jitolbu lil Cristiano Ronaldo biex jiskuża ruħu b’mod personali talli ħareġ mill-ġenb tal-grawnd meta ntalab joħroġ biex jidħol xi ħadd ieħor minfloku. Dan ġara waqt il-logħba kontra AC Milan.

L-istilla tal-futbol niżel jiġri ‘l isfel mit-tunnel u telaq mill-grawnd waqt li kienet għadha qed tintlagħab il-logħba. Paulo Dybala ħadlu postu u kien hu li skurja l-gowl tar-rebħa.

Ir-reazzjoni tiegħu ma niżlitx tajjeb mal-bqija tal-plejers. Skont Gazzetta dello Sport, il-bqija tal-plejers qed jistennew skuża mill-plejer li għandu 34 sena.