Il-plejers ta’ Gżira jirbħu l-unuri kollha għax-xahar ta’ Marzu

Jon Feiler, Amelia Milz Simmons u Albert Serra ta’ Gżira Athleta rebħu l-unuri tal-BOV Basketball Plejers tax-Xahar għall-Kampjonat BOV L-Ewwel Diviżjoni tal-Irġiel, il-kompetizzjonijiet tan-Nisa u l-Kampjonat BOV tad-Dilettanti, rispettivament. Din hija l-ewwel darba minn meta l-Bank of Valletta beda jisponsorja l-Premju li tliet plejers mill-istess Club rebħu dan l-unur fl-istess xahar.
L-attakkant ta’ Gżira Athleta Jon Feiler rebaħ it-tieni unur individwali tiegħu tal-istaġun, bl-ewwel wieħed ikun għal Jannar 2018. Il-plejer li jispikka b’tul ta’ 6’8” u li qabel kien jilgħab għal NYIT, fl-ewwel staġun professjonali tiegħu kien l-aqwa skorer fid-diviżjoni tiegħu b’95 punt minn 3 partiti(31.67 punti f’kull partita) b’60 % mill-kamp(40 minn67) u 12 minn12 mil-linja tal-free-throw. Jon sofra medja ta’ 4.67 foulsf’kull partita u l-medja tar-reboundtiegħu f’dan l-istaġun hija ta’ 16.06f’kull partita.
Amelia Milz Simmons ta’ Gżira Athleta rebħet it-tieni unur individwali tagħha f’dan l-istaġun. L-attakkanta b’tul ta’ 5’11” minn Wilmington, Detroit rebħet 133 punt f’5 partiti (26.6 punti f’kull partita) b’medja ta’ 56 % mill-kamp u 65 % mil-linja tal-free-throw. Amelia lagħbet il-200 minuta kollha fil-logħob tat-tim tagħha fejn saru 9 foulsf’kull partita fuqha (45 foul f’5 partiti).
Il-prestazzjonijiet tal-Ispanjol Albert Serra għal Gżira Athleta fil-Kampjonat tad-Dilettanti rebbħuh it-tieni unur konsekuttiv tiegħu. L-attakkant b’tul ta’ 6’4” u b’reputazzjoni ta’ skorer tajjeb ġabar 132 punt f’4 partiti (33 punt f’kull partita) bil-perċentwal għoli ta’ 70 % tat-throwsta’ 2 punti (47 minn 67) u b’sitt 3-pointersu għoxrin free-throwminn 33 (66 %).