​Il-plejers magħżula għat-tim nazzjonali Malti fl-Albanija

Wara li l-Ħamis li għadda l-plejers ta’ Valletta FC ma kinux preżenti għas-sessjoni ta’ taħriġ, dawn ġew esklużi mill-iskwadra nazzjonali.
Din id-deċiżjoni ħolqot frizzjoni bejn il-Malta Football Association (MFA) u l-klabb ta’ Valletta FC.
Iż-żewġ naħat ilbieraħ ħallew il-kummenti tagħhom waqt żewġ programmi televiżivi.
Il-President tal-MFA l-avukat Norman Darmanin Demajo wera d-dispjaċir tiegħu għall-plejers Beltin imma kkundanna l-aġir tal-klabb Belti li ddeċieda li jżomm il-plejers miegħu nhar il-Ħamis.
Darmanin Demajo qal li dan kien hemm ftehim li kien sar ukoll mal-klabbs l-oħra u dan il-ftehim kellu jiġi rispettat għall-ġid tal-futbol Malti.
Minn naħa l-oħra Valletta FC qed jgħidu li l-plejers huma mħallsin mill-klabb u għandhom jagħtu l-ewwel priorità lill-klabb.
Intqal ukoll li l-MFA ma mxietx tajjeb mal-plejers ta’ Valletta li tħallew jattendu għall-laqgħa l-Ġimgħa u għat-taħriġ tas-Sibt u b’hekk il-plejers saru jafu li ma ġewx magħżula s-Sibt waranofsinhar.
Għaldaqstant din hija l-formazzjoni Maltija għal kontra l-Albanija f’logħba ta’ ħbiberija li se tintlagħab nhar l-Erbgħa li ġej fl-Albanija:
Gowlkipers: Justin Haber (Birkirkara) u Andrew Hogg (Kalloni Lekanopedio)
Difensuri: Andrei Agius (F.C. Aprilia), Steve Bezzina (Balzan), Ryan Camilleri (Hibernians), Alexander Muscat (Sliema Wanderers), Emmanuel Muscat (Wellington Phoenix), Zach Muscat (Birkirkara), Joseph Zerafa (Birkirkara)
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Andrew Cohen (Hibernians), Bjorn Kristensen (Hibernians), Clayton Failla (Hibernians), Paul Fenech (Birkirkara), Leighton Grech (Qormi), Edward Herrera (Birkirkara), John Mintoff (Sliema Wanderers) u Gareth Sciberras (Birkirkara)
Attakanti: Michael Mifsud (Melbourne Hearts), Andre’ Schembri (Omonia Nicosia) u Terrence Vella (Birkirkara)