​Il-plejers Albaniżi u Serbi ta’ Lazio xorta jingħaqdu

Il-plejers Albaniżi Lorik Cana, Etrit Berisha u Thomas Strakosha, flimkien mal-plejers Serbi Filip Djordevic u Dusan Basta, ingħaqdu flimkien wara l-inċidenti ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi matul din il-ġimgħa.
Dawn il-plejers taw xhieda li t-tensjoni politika m’għandha qatt tidħol fil-futbol.
Il-plejers tkellmu fuq is-sit uffiċjali tal-klabb ta’ Lazio u qalu li huma minn dejjem ittoleraw lil xulxin u minn wara l-inċidenti kienu ta’ sapport għal xulxin.
Il-President ta’ Lazio Claudio Lotito ngħaqad ukoll ma’ dawn il-plejers, fejn faħħar li minkejja d-differenzi politiċi, huma magħqudin bħall-aħwa.
Dan il-ġest ikompli iqiegħed fil-prattika, il-messaġġ tal-UEFA li fil-futbol m’hemmx post għar-razziżmu.

Ritratt: Twitter ta' Lazio