Il-plejer tal-futbol Abel Ebube ż-żagħżugħ li miet fuq xogħol l-Imġarr

Abel Ebube
Facebook

Iż-żagħżugħ li tilef ħajtu waqt li kien fuq xogħol ilbieraħ fl-Imġarr huwa Abel Ebube, li kien plejer tal-futbol magħruf fix-xena sportiva Maltija.

Ebube, Niġerjan ta’ 22 sena, miet meta kien qed iħott xi folji tal-ħadid, u l-ħadid waqa’ fuqu. Dan seħħ fi Triq il-Ħaddedin, fl-Imġarr, għall-ħabta tal-5.30pm.

Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Kien ilu biss ġimagħtejn li beda dan ix-xogħol.

Diversi persuni esprimew id-diqa u l-ħasda tagħhom għal din l-aħbar fuq Facebook. Iddeskrivewh bħala plejer tal-futbol tajjeb ħafna u bniedem ta’ qalb tajba.

Only if I was able to change your destiny 10 days ago. Fly high dear friend may you rest in peace Abel Ebube ♥️

Posted by Kris Bugeja on Thursday, October 8, 2020

RIP my dear friend Abel Ebube. A great player, a wonderful person. We won a lot together!!!!! I will miss you with all…

Posted by Louis Pace Asciak on Thursday, October 8, 2020

Shocking bad news for all us tonight…. he spent months training everyday with us …. He was a great boy besides a…

Posted by Anthony Gafa on Thursday, October 8, 2020

Abel Ebube qatta’ l-aħħar snin jilgħab fil-kampjonat tal-MAFA – Malta Amateur Football Association fejn riċentament lagħab għal Versity AFC u fil-passat rebaħ anke l-kampjonat ma’ Birzebbuga Tigers F.C.

Is-sena li għaddiet, Ebube kellu wkoll esperjenza ta’ taħriġ mal-klabb Fgura United F.C.

Aktar tagħrif fuq it-traġedja
Identifikat ir-raġel li miet fl-Imġarr