Il-plejer Brażiljana Marta ssir l-aqwa scorer fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja

L-istilla tal-Brażil Marta għal darba oħra poġġiet isimha fil-kotba tar-rekords hekk kif irnexxielha tiskurja penalty kontra l-Italja biex it-tim irnexxielhu jagħmilha mal-aħħar 16.

Hija saret l-aqwa skorer kemm fil-futbol tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, hekk kif irnexxielha taqbeż l-attakkant irtirat Ġermaniż Miroslav Klose. Hija skurjat is-17-il goal tagħha f’din il-kompetizzjoni.

Issa l-Brażil mistennija jilagħbu kontra t-tim li qed jospita t-Tazza tad-Dinja, Franza nhar il-Ħadd. Sakemm ma jkunx hemm kombinazzjoni ta’ riżultati li jirriżulta li jkollhom jilagħbu kontra l-Ġermanja nhar is-Sibt minflok. Iżda dan jidher li mhux se jkun il-każ.