Il-PL u l-PN ma kkonfermawx fejn użaw €200,000 mill-fondi pubbliċi

Read in English.

Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’Malta naqsu milli jikkonfermaw jekk €200,000 li ngħataw mill-fondi pubbliċi ntużawx għall-għan propju tagħhom. Dan ħareġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2018.

Fl-1994, meta Malta kienet qed tipprepara biex tidħol membru fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien qabel li jiġu pprovduti fondi pubbliċi lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex ikun hemm rappreżentanza fi Brussell li tkun responsabbli mill-affarijiet tal-Unjoni Ewropea, u kumpens biex l-uffiċjali jaħdmu fuq kwistjoniejit tal-Unjoni Ewropea f’Malta. L-

Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) waqt l-eżerċizzju tal-verifika sab li fil-ftehim li kien sar 20 sena ilu, kien hemm klawżola li tgħid li dan il-kumpens għandu jibqa’ jingħata sakemm l-uffiċjali u l-konsulenti jibqgħu fis-seħħ.

S’issa kemm il-Partit Laburista u Nazzjonalista qed jirċievu €100,000 fis-sena kull wieħed u qiegħda inkluża wkoll fil-Baġit tal-2020. Il-partiti politiċi m’għandhomx fondi oħra pubbliċi allokati lilhom direttament.

L-Awditur Ġenerali qajjem il-mistoqsija jekk għadx hemm il-bżonn li dawn il-fondi jibqgħu jingħataw. Huwa ħeġġeġ lill-kamra tar-rappreżentanti biex tiddiskuti u tiddetermina dan. Żied li minkejja li l-partiti politiċi mhumiex iffinanzjati mill-fondi pubbliċi, din għandha tiġi diksussa.