Il-PL se jlesti mill-ewwel l-abbozz ta’ liġi dwar l-unjoni ċivili

Waqt laqgħa mar-rappreżentanti tal-komunità LGBT f’Malta, il-Mexxej Laburista qal li se jwaqqaf Bord Konsultattiv li jitratta l-ugwaljanza u l-libertajiet ċivili.

Dr Joseph Muscat qal li fost l-ewwel xogħolijiet ta’ dan il-Bord se jkun hemm l-abbozz tal-liġi tal-Unjoni Ċivili. Saħaq li dan il-Bord mhux se jieħu post l-Għaqdiet Mhux Governattivi, anzi għandu jservi biex ikunu iktar b’saħħithom.

Kompla jgħid li Gvern Laburista se jkollu persuna responsabbli li tħares lejn l-iżvilupp tal-Libertajiet Ċivili u l-Ugwaljanza, biex ikunu mħarsa d-drittijiet kollha. Muscat semma wkoll li se jkun qed jgħaddi l-liġi li titratta l-persuni trans-gender.

Bħal ma’ għamel il-ġimgħa li għaddiet, Dr Muscat saħaq li persuna li tmur tagħti d-demm m’għandiex tkun eskluża abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħha.