Il-PL jgħid li mhux se jagħmel negozjati ġodda dwar il-kaċċa

Dr Joseph Muscat l-laqgħa mar-rappreżentanti tal-unjins u għaqdiet mhux governattivi, beda billi qal li għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż, partit qed jgħid li se jonfoq inqas flus mill-partit l-ieħor. Qal li l-proposti tal-Partit Nazzjonalista jistgħu jġibu magħhom taxxi ġodda u problemi finanzjarji.

Iddeskriva l-proposti tal-PL bħala realitistiċi u ottimisti u se jniżżlu d-defecit għal 0.5% u dan skont ir-rapporti tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea.

F’intervent qasir, is-Segretarju tal-GWU Tony Zarb qal li minkejja x-xewqa ta’ xi wħud, hu għadu qed jiddefendi lill-ħaddiema. Qal li l-Unjin se tibqa’ tiġġieled ix-xogħol prekarju. Qal li fil-programm elettorali tal-PL hemm minn tal-inqas 20 proposta tal-GWU, fosthom it-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Identifikajna 22 proposta li qedin fil-manifest. L-ikbar tnejn huma t-tariffi tad-dwal u l-ilma u l-ġlieda kontra x-xogħol prekarju. GWU se tibqa’ tiddefendi.

Mistoqsi minn Birdlife Malta u FKNK dwar il-futur tal-kaċċa, Dr Joseph Muscat wieġeb li l-kaċċa illegali mhix permessibbli u se jiġu rrispettati l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Qal li mhux se jkun hemm negozjar ta’ regolamenti ġodda filwaqt li gvern Laburista se jimplimenta d-derogi permessibbli. Qal li l-pakkett eżistenti jrid jitħaddem b’mod korrett.

Fost il-kelliema kien hemm ukoll Edward Mercieca li jirrappreżenta l-professjonisti fil-Arti Teatrali, qal li l-Kultura hi li l-inqas settur li l-gvernijiet tal-passat taw importanza. Qal li dan għaliex il-kultura ma tantx iġġib voti. Qal li l-professjonisti fil-qasam tal-kultura “dejjem ġew injoranti”.

Waqt id-diskussjoni pparteċipa ukoll il-President tal-GRTU li tkellem dwar il-Liġi tal-Kera, L-MHRA u l-MEA qalu li ma jaqblux li jiżdied is-sick leave tal-ġenituri li jibqgħu d-dar minħabba t-tfal minħabba impatt fuq l-ekonomija.

Intervent ieħor sar mill-Għaqda tad-Donaturi tad-Demm li qalet li ebda partit ma jista’ jindirizza il-kwistjoni tal-lista ta’ stennija mingħajr ma jkun hemm proposti dwar kif tikber id-domanda għad-donazzjoni tad-demm.

Dr Muscat qal li mhux se jtawwal il-ħin tal-iskola filwaqt lise jinvesti fic-child care centres u fil-Klabb 3-16.