Il-PL ma jilqax stedina biex jiltaqa’ mal-Kummissjoni tal-PN dwar il-finanzjament tal-partiti

Il-Partit Laburista ma laqax l-istedina tal-Partit Nazzjonalista biex dan jiltaqa’ mal-Kummissjoni mwaqqfa mill-Partit Nazzjonalista biex tinvestiga l-Il-Partit Laburista ma laqax l-istedina tal-Partit Nazzjonalista biex dan jiltaqa’ mal-Kummissjoni mwaqqfa mill-Partit Nazzjonalista biex tinvestiga l-finanzjament tal-partiti.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li mhux qed jilqa’ din l-istedina għax “Dr Busuttil kien u għadu jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti,” u mhux għax ma jifhimx l-importanza tat-tema diskussa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ħabbar li qed iwaqqaf din il-Kummissjoni f’Marzu li għadda waqt li saħaq li jrid jibdel is-sistema tal-finanzjament tal-partiti.
Din il-Kummissjoni hi mmexxija mill-Imħallef Giovanni Bonello u tinkludi wkoll lill-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg u lil Petra Caruana Dingli mis-soċjetà ċivili. 
Min-naħa tiegħu l-Partit Laburista qal li “fl-istess ħin li ħoloq din il-Kummissjoni, Simon Busuttil qiegħed għaddej b’attakk kontra l-Kummissjoni Elettorali, ir-regolatur tal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, u l-istituzzjonijiet kollha indipendenti li għandu dan il-pajjiż f’attentat li jkisser l-integrità u r-rispett li jgawdu mingħand kulħadd.”
L-istqarrija ssemmi l-iskema taċ-ċedoli tal-Partit Nazzjonalista li fi kliem il-Partit Laburista “iddur mal-liġi” u anke “fl-invoices foloz” b’rabta mal-ħlas tal-pagi tas- Segretarju Ġenerali u l-Kap Eżekuttiv minn db Group.
Il-Partit Laburista saħaq li biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jkun kredibbli għandu jxolji l-iskema ċedoli, jiddikjaraha skont il- liġi tal-finanzjament tal-Partiti, jippubblika “l-invoices foloz” u jgħid xi dħul ieħor għandu u li ma kienx iddikjarat.
L-istqarrija ttemm tgħid li x-xogħol tal-Kummissjoni huwa mminat mill-persuna stess li ħatritha.

Ritratt: L-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni li għaliha attenda l-Kap Nazzjonalista