Il-PL jtenni l-impenn tiegħu kontra l-faqar tat-tfal

Il-Partit Laburista qal li qed jiżdiedu t-tfal li qegħdin f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-aħħar rapport tal-Eurostat juri figura ta’ 25.8% meta mqabbla mal-aħħar figuri li kienet ta’ madwar 19%.

Skont l-istess rapport hemm ukoll il-figura allarmanti ta’ 31.7% tat-tfal li qegħdin f’riskju ta’ faqar materjali.

Il-Partit Laburista tenna l-impenn tiegħu b’risq it-tfal Maltin biex jiġi miġġieled il-faqar, li jxekkel lit-tfal fl-iżvilupp fiżiku, psikoloġiku u emozzjonali sakemm eventwalment jispiċċaw esklużi anke soċjalment.