Il-PL jirbaħ Għawdex b’disa’ voti

Għall-ewwel darba wara 58 sena, il-Partit Laburista rebaħ it-tielet siġġu fuq id-distrett t’Għawdex b’disa’ voti.

L-aħħar darba li Għawdex kellu maġġoranza Laburista kien fl-1955.

Il-voti reġgħu ingħaddu mill-ġdid wara li kien jidher li kien il-Partit Nazzjonalista li rebaħ it-tielet siġġu b’erba’ voti biss.

Il-kadidati eletti s’issa huma Anton Refalo u Franco Mercieca għall-Partit Laburista, u Giovanna Debono u Chris Said għall-Partit Nazzjonalista.