Il-PL jiddeċiedi dwar id-distretti li fihom se jsiru l-elezzjonijiet każwali

F’ laqgħa tal-eżekuttiv nazzjonali u l-grupp parlamentari tal-Partit Laburista, ġew deċiżi d-distretti li fihom se jsiru l-elezzjonijiet każwali.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed iċedi t-tieni distrett filwaqt li l-Viċi Prim Ministru Louis Grech se jċedi l-ewwel distrett. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna se jċedi t-tmien distrett, il-Ministru tal-Intern Manwel Mallia se jċedi l-għaxar distrett, filwaqt li l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo se jkun qed iċedi t-tnax-il distrett.

Fl-istess laqgħa ġiet ukoll approvata mozzjoni li permezz tagħha se jinbeda proċess sabiex jiġi evalwat ix-xogħol li għandu jsir fiċ-ċentri li għandu l-Partit Laburista madwar Malta u Għawdex. Għal dan il-għan ġiet appuntata kummissjoni biex tressaq rakkomandazzjonijiet fi żmien xahrejn.