Il-PL jgħid li Simon Busuttil ikkonferma li l-iskema Ċedoli hija sigrieta

Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ikkonferma li l-iskema Ċedoli li qed jippromwovi, hija waħda sigrieta, mhux garantita u bla trasparenza.
Qal ukoll li Simon Busuttil ma jistax jitkellem fuq trasparenza u fuq kuntratti, meta l-Partit Nazzjonalista se jkompli b’din l-iskema sigrieta.
Għalkemm Dr Busuttil qal li mhux se jkun aċċettat cash, l-pagament isir b’ċekk, il-Partit Laburista qal li l-iskema ta’ self xorta se tkun waħda anonima għax l-ismijiet xorta mhux se jkunu ppubblikati.
Il-Partit Laburista qal ukol li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel din l-iskema apposta biex idur mal-liġi tal-finazjament tal-Partit.
Busuttil ma jistax jitkellem fuq trasparenza u fuq kuntratti, meta fl-ewwel okkażjoni li għandu, fil-Partit tiegħu stess, se jkomplu għaddej bi skema sigrieta, mhux garantita u bla trasparenza,  li tqajjem bosta mistoqsijiet.