Il-PL jgħid li se jżomm ‘il bogħod minn argumenti partiġġjani

Il-Partit Laburista qal li se jżomm ’il bogħod minn argumenti partiġġjani dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u akkuża lill-Partit Nazzjonalista li huwa irresponsabbli meta jitkellem b’mod partiġġjan.
Il-PL qal fi stqarrija li r-responsabbiltà titlob aġir differenti mill-PN, u dan b’referenza għall-istqarrija tiegħu dwar l-inkjesta maġisterjali fil-każ tal-qtil.
Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal fil-Parlament li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż ilhom 4 snin u nofs jitmermru.
Żied jgħid li dak li seħħ huwa konsegwenza ta’ ħafna deċiżjonijiet li seħħu matul dawn l-aħħar snin.
Sostna li l-PN qed jagħzel it-triq tal-irresponsabbiltà f’mument tant delikat.
Il-PL temm jgħid li se jilqa’ l-isforzi kollha tal-Gvern biex iżid ir-riżorsi f'din l-investigazzjoni bil-għan li jkun hemm ġustizzja mill-iktar fis.
Ritratt: Arkivji