Aġġornata: Il-Ministru Fenech jiċħad li rċieva rigal ta’ €5,000 wara li nħatar Ministru

Il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech ċaħad dak li qal id-deputat laburista Evarist Bartolo, li George Farrugia, il-persuna fil-qalba tal-każ dwar ix-xiri taż-żejt, tah rigal li jiswa iktar minn €5,000 ftit wara li laħaq Ministru responsabbli mill-Enemalta.

Il-Ministru Fenech qal li hu qatt ma rċieva rigali ta’ kwalunkwe valur. Qal li Farrugia qed jigdeb jekk qed jgħid hekk. Il-Ministru Fenech qal li se jieħu passi legali kontra Evarist Bartolo u Chris Cardona talli rrepetew il-gidba.

Aktar kmieni:
F’konferenza tal-aħbarijiet, Evarist Bartolo qal li Tonio Fenech ma qalx jekk wara li sar responsabbli mill-Enemalta ingħatax rigal li jiswa €5,000 mingħand George Farrugia. Farrugia ingħata l-maħfra Presidenzjali biex jagħti dettalji dwar l-allegata korruzzjoni fix-xiri taż-żejt tal-Enemalta.

B’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet li ta l-Ministru tal-Finanzi ftit qabel, Evarist Bartolo, akkumpanjat minn Chris Cardona ħabbar li l-Amministratur Finanzjarju tal-PL, Joe Cordona issottometta t-talba tiegħu biex jirtira l-kandidatura tiegħu fl-Elezzjoni Ġenerali. Din ġiet aċċettata mil-PL.

Chris Cardona qal li l-PL jiċħad li qatt irċieva xi rigal minn din il-kumpanija. Qal li l-kuntratti ffirmati ma’ Trafigura, ġew għan-nom ta’ George Farrugia. chris cardona qal li fuq dan ir rigal lill tonio fenech, hemm izjed x johrog. qal ukoll li fuq din ghandu jkun hemm aktar spjegazzjoni.

Evarist Bartolo qal li l-PM kien jaf b’dan l-iskandu taż-żejt mill-2008. Staqsa jekk il-kandidati tal-PN għall-elezzjoni ġewx ‘screened’ dwar teħid tad-droga.

Intant Martin Fenech li kien msemmi mill-Ministru Fenech, fi stqarrija ċaħad kull involviment f’dan l-iskandlu.