Il-PL jakkuża lill-PN dwar il-Kunsilli Lokali

Il-Partit Laburista qal fi stqarrija li l-Partit Nazzjonalista qed juża l-Kunsilli Lokali bħala ballun politiku fejn jinjora dak maqbul madwar il-mejda tal-Kunsill Lokali.
Dwar id-demmiela fil-Munxar, il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista inqeda b’applikazzjoni privata biex jgħid li huwa hu li qed jopponi għaliha. L-istqarrija tal-PL tgħid li l-Kunsill b’maġġoranza Laburista kien diġa qabel b’mod unanimu li joġġezzjona għal din l-applikazzjoni,
Dwar l-Imsida, il-Partit Laburista qal li l-immaniġjar tat-traffiku li qed issir b’konsultazzjoni mal-istess Kunsill Lokali il-PN dawwarha f’ballun politiku.
Stqarr li l-Partit Nazzjonalista għadu ma fehemx li djalogu, id-diskussjoni u l-onestà huma prinċipji biex il-Kunsilli Lokali jkunu suċċess.