​Il-PL jgħid li l-PN hu kontra l-pluraliżmu fil-qasam terzjarju

Il-Partit Laburista akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li qed jipprova jgħatti l-verità u jattakka fejn l-affarijiet ma jiġux kif iridhom hu.
Il-PL qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux il-kompetenzi meħtieġa dwar is-settur tal-okkażjoni u ħeġġu jqis dak li qal Martin Scicluna, li l-Avviż Legali 150 ma nbidilx minħabba l-università Amerikana, kif ipprova jimplika.
Sostna li l-kritika tal-Oppożizzjoni hi konferma ta’ kemm ma tridx pluraliżmu fis-settur terzjarju minkejja li dan jeżisti fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva f’Malta minbarra fis-settur terzjarju.
Spjega li bit-tibdil li sar, ir-riċerka baqgħet bżonn primarju biex entità edukattiva tissejjaħ università u r-regoli żdiedu mis-sena l-oħra. Saħaq li la l-Ministru u wisq inqas il-Gvern ma jista’ jaqbad u jagħti liċenzja lil min jidhirlu hu.
Fl-aħħarnett, il-PL qal li l-Gvern jinsab kommess li jkompli jinvesti fl-Università ta’ Malta kif għamel diġà, u jkompli joħloq niċeċ ġodda biex jiġu attirati iktar studenti u jkun hemm opportunitajiet oħra fis-settur tal-edukazzjoni.