Botta u risposta bejn il-PL u l-PN dwar il-finanzi tal-partiti

Il-Partit Laburista qal li waqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq li l-Partit qed jagħmel il-qligħ, il-verità hi li d-dejn tal-PN ilaħħaq kważi €9 miljun.
L-istqarrija tgħid li minkejja l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista, l-Amministrazzjoni ziedet il-pagi tagħha stess bi 11%, iddaħħlu qraba jaħdmu mal-partit u fl-istess ħin tkeċċew xi ħaddiema.
B’reazzjoni l-Partit Nazzjonalista qal li l-istqarrija tal-PL hija bbażata fuq sensiela ta’ gideb, ċifri skorretti u allegazzjonijiet li huma il bogħod mill-verità.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-PL qed jipprova jgħatti xturu għall-fatt li għadu ma qalx kemm swiet il-kampanja elettorali tiegħu u minn fejn ġab il-flus.