Il-PL japprova l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-MEPs

Il-Partit Laburista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-kandidati approvati huma: Alfred Sant, Peter Cordina, Lino Bianco, Ivan Grixti, Clint Camilleri, Miriam Dalli u Cyrus Engerer.

Fi stqarrija l-Partit Labursita qal li fil-jiem li ġejjin, se jkunu qed jiġu approvati iktar kandidati.

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Partit Nazzjonalista, approva l-ewwel tmien kandidati tiegħu għal din l-istess elezzjoni.