Il-PL jakkuża lill-PN li jrid lill-poplu jsolvilu l-problemi finanzjarji tiegħu

Il-Partit Laburista akkuża lil Simon Busuttil li jrid lill-poplu jsolvilu l-problemi finanzjarji tal-Partit Nazzjonalista.
Saħaq li wara li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti tħalliet fuq l-ixkaffa minn Gvernijiet Nazzjonalisti, issa l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid li din isservi biex il-poplu jħallas għall-inkompetenza tal-PN stess.
Il-Partit Laburista qal li l-Gvern Laburista mill-bidu tkellem dwar l-importanza ta’ liġi li tirregola l-finanzi tal-partiti politiċi, li ddaħħal iktar trasparenza għall-mod kif jitmexxew il-fondi tal-partiti.
Akkuża lill-PN li għandu problema li l-finanzi tiegħu jitpoġġew taħt skrutinju, bil-maqlub tal-Partit Laburista li ilu żmien twil jippubblika r-rendikont finanzjarju tiegħu.