Awdjo:’Il-PL ikompli jgħin lis-settur tal-gaming’ – Joseph Muscat

Fi żjara li għamel il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat lill-kumpanija tal-betting f’Ta’ Xbiex, Dr Muscat qal li jekk ikun fil-gvern, il-Partit Laburista jkompli jgħin din l-industrija permezz ta’ leġislazzjoni adegwata.

Il-kumpanija Bettson tħaddem mal-500 impjegat, kemm Maltin kif ukoll barranin. Din il-kumpanija ilha topera minn Malta mis-sena 2006.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar liema setturi għandhom bżonn l-akbar għajnuna, il-Mexxej Laburista qal li bla dubju, is-settur Marittimu għandu bżonn jagħmel progress ikbar. Saħaq li bħalissa, dan is-settur huwa biss limitat għal reġistrazzjoni ta’ vapuri.

Dwar il-jum ta’ riflessjoni, Dr Muscat qal li din il-liġi ilha ħafna li saret u kienet bbażata fuq il-mezzi tradizzjonali ta’ xandir. Saħaq li hemm bżonn li eventwalment din il-liġi tinbidel biex tiġi aġġornata għas-social media u l-internet.