Il-PL iħabbar l-ewwel kandidati għall-Parlament Ewropew

Il-Partit Laburista ħabbar l-ewwel grupp ta’ kandidati li ġie approvat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

Dawn huma Felix Busuttil, Josef Caruana, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Alex Saliba u Joe Sammut. Aktar kandidati għandhom jiġu approvati fil-jiem li ġejjin.

Fi stqarrija mibgħuta mill-Partit Laburista, il-Prim Ministru Joseph Muscat wera l-fiduċja tiegħu fil-kandidati tal-Partit Laburista.