Il-PL iħabbar il-mewt ta’ Salvu Seychell

Tħabbret il-mewt ta’ Salvu Seychell, li kien attivist fil-Partit Laburista u għamel żmien jokkupa l-kariga ta’ Deputat Segretarju Ġenerali.
Seychell okkupa diversi karigi fil-Partit Laburista u kien qed jieħu ħsieb il-koordinazzjoni tal-Kumitati Lokali filwaqt li kien membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.
Fi stqarrija l-Partit Laburista fakkar lil Salvu Seychell bħala bniedem li ta kollox għall-partit.
Il-Partit Laburista għadda l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Seychell.