​“Il-PL huwa kontra l-ewtansja” – Dr Godfrey Farrugia

Il-Whip tal-Partit Laburista Dr Godfrey Farrugia qal ma’ Newsbook.com.mt li l-Partit Laburista huwa kontra l-ewtanasja.
L-istess pożizzjoni ħaditha il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista dwar l-affarijiet tas-saħħa, Claudette Buttigieg.
Dr Farrugia qal li wara l-Għid se jiġi ppreżentat rapport tal-Kumitat tal-Kamra dwar l-Affarijet Socjali li jitratta d-diskussjoni dwar l-ewtansja.
L-intervisti sħaħ ma’ Dr Farrugia u Claudette Buttigieg se jixxandru llum fil-programm Follow-Up fl-4:30pm fuq RTK.