Il-PL bit-tielet edizzjoni tal-fiera tal-kumpaniji Maltin

It-tielet edizzjoni tal-fiera Kwalità Malta, organizzata mill-Partit Laburista, se tkun qed issir bejn is-16 u s-17 ta’ Novembru, fl-MFCC f’Ta’ Qali, bħala post fejn kumpaniji Maltin jistgħu jesebixxu x-xogħol u l-prodotti tagħhom f’avveniment ta’ promozzjoni.
Id-deputat mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, tkellem dwar kif il-Partit Laburista, flimkien mal-Gvern huma mpenjati li jsostnu l-intraprendituri Maltin, meta “il-prodotti Maltin huma f’domanda”.
Is-segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela, qalet li l-edizzjonijiet tal-2011 u l-2016 se jkunu qed isostnu s-suċċess għal din is-sena.