Il-pjanu, le!

Illum fit-3pm fuq TVM se jixxandar it-tielet episodju mis-sensiela It-Tmien Nota fejn naraw kif fil-lejl ta’ wara li Bella saret taf li kellhom ibigħulha l-pjanu, tqum kmieni u tibda ddoqq il-pjanu, l-aħħar darba li kienet se ddoqqu. Agnes tismagħha ddoqq minn fuq u tinżel biex tkellimha. It-tifla ma tiqafx meta tara lil ommha u tkompli ddoqq. Thares lejn ommha mbikkija u titlobha biex ma jbigħulhiex il-pjanu. Agnes, li issa taf li binha għarfet minn xiex kienu għaddejjin finanzjarjament, ma tkunx taf x’se twiegeb u titla’ tiġri ‘l fuq tgħid lil Robert.

Bella tkompli ddoqq il-pjanu u tolfoq.

Naraw lil Bella tifla, fl-għodwa li fiha jiġu biex jiħdulha l-pjanu. Meta jkunu se jiħduh narawha tibki u tmur tinħeba f’kamritha. Ikun għalxejn li l-ġenituri tagħha jippruvaw jikkunslawha għax il-ġerħa tkun kbira wisq. Agnes u Robert iħossu li binthom aktar ‘il quddiem tkun se tibda tobgħodhom għax firduha mill-akbar ħabib li kellha. Minkejja dan, xorta waħda jgħidulha li se jħalluha tkompli titgħallem il-pjanu meta jmorru fid-dar il-ġdida u li aktar tard se jerġgħu jixtrulha ieħor… imma mhux għalissa għax ma kellhomx flus.

Barra fit-triq Bella tiltaqa’ ma’ Nora li din minflok li tikkunslaha tara kif tagħmel biex aktar issewdilha qalbha.

Is-sensiela, li oriġinarjament ixxandret fl-2008, għandha kitba ta’ Joseph A Cachia bi produzzjoni ta’ DeeMedia.tv. Jieħdu sehem Ruth Casingena, Analise Psaila, Patrick Vella, Theresa Gauci, Henry Zammit Cordina, Mariella Delmar, Rita Camilleri, Malcolm Galea, Rennie Vella, Renald Formosa, Paul Caruana, Daphne Said, Katrina Bonnici, Stephan Farrugia, Gabriella Borg u Neville Refalo.