Il-pjanti jisimgħu lilhom infushom jittieklu!

Ħafna persuni ma joqogħdux jaħsbuha darbtejn qabel iniżżlu platt salad b’xi naqra tonn u ftit croutons.
Iżda forsi għandna nibdew inkunu naqra iktar qalbna tajba mal-pjanti. Għalfejn? Għax ix-xjentisti skoprew li meta nieklu pjanta, bħal pereżempju ħass, il-pjanta tirreaġixxi b’mod difensiv għall-ħoss tagħha nfisha tittiekel.
Studjużi fl-Università ta’ Missuori (MU) skoprew li l-pjanti jistgħu jidentifikaw ħsejjes fil-viċin u anke jirreaġixxu għal dak li għalihom jista’ jitqies theddida.
Xjentista tar-riċerka Heidi Appel qalet li riċerka preċedenti investigat kif il-pjanti jirreaġixxu għal ħsejjes, fosthom għall-mużika. Heidi taħdem fid-diviżjoni tax-xjenzi tal-pjanti fil-kulleġġ tal-agrikoltura, ikel u riżorsi naturali fi ħdan l-MU.
Appel spjegat kif permezz ta’ din l-abbiltà, il-pjanti jistgħu jiddefendu ruħhom minn dawk l-annimali li jieklu l-pjanti, pereżempju x-xagħat (caterpillars).
Dan jagħmluh billi joħorġu minn ġisimhom kimiċi li jistgħu jirripellaw lill-annimali milli jikluhom.