Il-pjanista Phillip Dyson f’Malta dalwaqt

Il-pjanista Ingliz Phillip Dyson ser jagħti kunċert nhar it-Tlieta 9 t’April 2019 f’nofsinhar fil-kunvent ta’ Santu Wistin il-Belt.

Phillip Dyson jidher regolarment fuq il-BBC u Classic FM. Huwa dar id-dinja u ta diversi kunċerti ġo l-Amerika, Spanja u f’ħafna postijiet ohra, inkluz f’Londra f’Martin-in-the-Fields u Trafalgar Square, kif ukoll f’diversi festivals. Huwa mfittex bħala pjanista ma’ l-aqwa orkestri sinfonici.

Dyson ser iddoqq programm ta’ mużika klassika u jazz klassiku, inkluż xogħolijiet ta’ Mozart, Gershwin, Tchaikovsky, Billy Mayerl u Zez Confrey.

Min jixtieq jattendi jista’ jikseb il-biljetti mill-bieb nofs siegħa qabel il-kuncert. Biljetti jiswew €8 li se jmorru għall-proġett tar-restawr tal-knisja.

Aktar informazzjoni jinkiseb mis-sit tal-Barrocco Foundation, tel. no: 79680952 jew email: baroccomalta@gmail.com.