Il-pjan tar-Russja li titfa’ bomba nukleari f’Londra

Dokument li għadu kif inkixef juri kif fl-1954, ir-Russja kellha pjan li titfa’ bomba nukleari fuq Londra, bl-għan li teqridha kompletament.
William Penney, espert Ingliż tal-affarijiet nukleari u li għin fl-iżvilupp tal-ewwel bomba atomika fl-Ingilterra, dik is-sena kien avża liċ-ċermen tal-Awtorità tal-Enerġija Atomika, Edwin Plowden, li l-ġganti tal-Lvant kienu ppreparati jitfgħu diversi bombi b’saħħithom f’Londra.
Qal li f’dan id-dokument sigriet, kien hemm miktub li l-bombi se jintefgħu madwar Londra waqt il-Gwerra Bierda. Penney qal li tliet bombi nukleari kienu jagħmlu ħsara daqs 32 bomba mhux nukleari.
Sostna wkoll li l-bomba tkun ħafna iktar qawwija minn dik li ntużat fl-1945 kontra l-Ġappun f’Nagasaki mill-Istati Uniti, li kienet qatlet 74,000 persuna.