Il-pjan ta’ riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa qabad triqtu

Qed jitfassal pjan ta’ riġenerazzjoni għal Birżebbuġa mill-Ministeru tal-Infrastruttura u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) flimkien mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Il-Ministru responsabblii, Joe Mizzi, qal dan fi tmiem konferenza organizzata mill-GHRC, li fiha ġiet diskussa r-riġenerazzjoni ta’ postijiet madwar Malta b’attenzjoni speċjali lejn il-kuntest soċjali, ekonomiku u ambjentali.
Mizzi rrimarka li l-proġett ta’ Birżebbuġa kien issemma fil-baġit għal dis-sena, u mistenni jinbeda billi jkun hemm konsultazzjoni mar-residenti.
Iċ-Ċermen tal-GHRC, Stefan Zrinzo Azzopardi qal li proċess sħiħ ta’ riġenerazzjoni jrid jibda billi jkunu mifhuma l-ħtiġijiet tal-komunità, il-ħtiġijiet tal-kummerċ, billi tkun ċara l-viżjoni ta’ fejn għandha twassal ir-riġenerazzjoni, billi jitqiesu l-aspetti ambjentali, u l-impatt li jwassal l-iżvilupp u l-effett tar-riġenerazzjoni.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott